Dan l-ahhar l-NSO harget bi statistika fuq incidenti li sehhew fuq il-post tax-xoghol.
F’din l-istatistika rrizulta li komparat mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel kien hemm fost ohrajn tnaqqis ta’ 3.8% fuq l-incidenti fuq il-post tax-xoghol, filwaqt li kien hemm zieda ta’ ncidenti fatali.
Din l-istatistika qeghdha turi zviluppi pozittivi. Madankollu kull numru ta’ ncident fuq il-post tax-xoghol, kif ukoll kull incident fatali li jsehh ifissru persuni u familji taghhom li ovjament kienu jippreferu li ma jsehh ebda incident.
Ir-realta` tibqa` li sfortunatament sal-lum kull Ministru nkarigat mill-Awtorita` dwar is-Sahha u s-Sigurta` fuq il-post tax-xoghol ma jarax is-sahha u s-sigurta` bhala prijorita` ghall-pajjiz; b’konsegwenza li sal-lum issib Awtorita` bla snin. Infatti sal-lum l-OHSA, ilha bla zieda fir-rizorsi taghha minn meta bdiet topera. Hemm nuqqas kemm dak li ghandu x’jaqsam ma’ Rizorsi Umani, kif ukoll dak li ghandu rizorsi finanzjarji.
Jezistu wkoll numru ta’ nuqqasijiet fil-ligi li tirregola l-OHSA, kif ukoll is-sahha u s-sigurta`. Per ezempju meta l-ligi issemmi persuna kompetenti minghajr ma taghti aktar spjegazzjoni qed taghti lok ghal diversi interpretazzjonijiet.
Ezempju iehor introduzzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi, din kienet giet diskussa diversi drabi fil-Bord tal-OHSA u tressqu proposti, izda l-Ministru responsabbli la kien implimenta u lanqas gie b’risposta.
Dan minghajr ma nsemmu wkoll l-importanza ta’ penalitajiet aktar horox fil-konfront ta’ minn min ihaddem b’kumbinazzjoni jirriskja l-hajja tal-haddiema repetutament.
Hija hasra wkoll li l-Gvern stess qieghed ukoll jonqos fir-responsabiltajiet tieghu, tant li skond informazzjoni li tinghata lil din il-Union jidher li hafna Entitajiet Governattivi, kif ukoll Dipartimenti varji ma josservawx ir-regolament tas-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol.
Aktar minhekk bi ksur tal-ligi li tirregola l-OHSA sal- lum, il-Gvern ghadu minn Awissu 2009 ma kkostitwiex il-Bord tal-OHSA u b’hekk hu stess qieghed jikser il-ligi tal-OHSA.
Dan kollu jwassal ghal konkluzjoni li sfortunatament il-ligijiet b`rabta mas-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol huma hemm biss ghall-apparenza u l-Gvern mhux realment interessat fil-prevenzjoni tal-incidenti u mwiet fil-postijiet tax-xoghol.
Dan l-artiklu qieghed jintbghat lill-Ministru koncernat gdid bil-ghan li forsi jsir xi zvilupp pozittiv u dan is-settur jinghata l-importanza li jisthoqlu ghall-gid tal-haddiema Maltin.
Jesmond Bonello hu l-Asst. Segretarju Generali tal-UHM.