Articles
| Date |
24 July, 2010 |
|
|
|
Morsa politika – minn Gaetano Tanti |
Jean-Claude Juncker, Prim Ministru tal-Lussemburgu darba qal: “we all know what to do, but we don’t know how to get re-elected once we have done it”. Ried ifisser li l-politici lkoll jafu x’ghandhom jaghmlu (ghal gid ta’ pajjizhom). Li ma jafux hu kif jistghu jergghu jigi eletti ladarba jwettqu dak li jafu x’ghandhom jaghmlu! Il-hajja tal-politiku m’hi facli xejn. Irid joghgob in-nies izda xi drabi bid-decizjonijiet li jiehu jwegga’ lin-nies. U allura Jean-Claude Juncker kellu elf ragun meta sahaq li hafna drabi l-politici jkunu jafu x’inhuma l-ahjar decizjonijiet li jridu jittiehdu ghal gid tal-pajjiz izda jafu li meta jiehdu d-decizjonijiet it-tqal ikunu qed jitilfu mill-popolarita’ taghhom mal-poplu u allura facilment ma’ l-ewwel opportunita’ ta’ elezzjoni generali l-poplu jwarrarbhom minn nofs. Hafna drabi wkoll il-politici jkunu f’morsa mhux mal-poplu biss izda mal-partiti opposti. Fl-oppozizzjoni facli tikkritika, imma meta tkun fil-Gvern ir-responsabbilta’ taqa’ fuqek. U r-rota ddur meta minn ikun fl-oppozizzjoni jsib lili nnifsu fil-Gvern u vici-versa. Morsa politika fl-aspetti kollha taghha. Il-hmar iwahhal f’denbu jghid il-Malti …. u f’dan ir-rigward Malta m’ahniex eccezzjoni! Gaetano Tanti, President tal-UHM gtanti@uhm.org.mt
|
|