Hi sfortuna li f’pajjizna ghad fadal sidien li jaghmlu minn kollox biex lill-haddiema taghhom ma jhalluhomx jissiehbu f’union. Huwa ta’ ghajb li xi sidien ghal ragunijiet taghhom ma jhallux lill-haddiema taghhom jissiehbu f’union.
Minkejja li minn dawn is-sidien hawn ftit hemm dawk li jhaddmu maghhom ftit haddiema u ohrajn li jimpjegaw hafna haddiema. Ir-ragunijiet ma jistaw ikun xejn hlief biex jabbuzaw mill-haddiema taghhom.
Minkejja li dan l-agir imur kontra l-ligijiet ta’ pajjizna haddiema li jsibu ruhom f’dawn ic-cirkostanzi r-rimedju huwa wiehed twil u jesponi lill-istess haddiema li jaghzlu li jieqfu lis-sid li mieghu jkunu jahdmu. Filwaqt li d-dritt tas-shubija f’union huwa dritt garantit bil-ligijiet f’pajjizna u johrog minn Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol (ILO) xorta hawn sidien li ma jhallux il-haddiema taghhom jissiehbu f’union.
Ghalkemm mhux komuni dan l-agir irressponsabbli minn xi sidien jinhtieg li jkun osservat u jingieb ghall-attenzjoni tal-pubbliku biex kulhadd ikun jaf bl-attitudni ta’ dawn is-sidien.
Il-UHM meta tiltaqa’ ma dawn is-sidien l-ewwel tpoggi l-interessi tal-haddiema billi ma tpoggiex l-impieg ta’ l-istess haddiema fil-periklu filwaqt li tinforma kemm l-Assocjazzjoni ta’ Min Ihaddem (MEA) kif ukoll lid-Direttur tax-Xoghol biex jiehdu l-passi mehtiega.
Filwaqt li huma bosta mis-sidien li llum jahdmu tajjeb mal-union li tirrapprezenta lill-haddiema permezz tat-thaddim tad- djalogu socjali kostruttiv fejn iz-zewg partijiet jifhmu sew cirkostanzi partikolari biex ikun protett kemm ix-xoghol kif ukoll l-interessi tal-haddiema xorta jibqa’ dawk il-ftit sidien li ghal raguni jew ohra jaghmlu minn kollox biex il-haddiema taghhom ma jissiehbux f’union.
Gejtu Vella
Segretarju Generali UHM
gvella@uhm.org.mt