Gieli nisma’ persuni li qatt ma jkunu membri ta’ xi Trade Union li jsaqsu imma xi jridu jaghmlu l-haddiema sabiex jaslu sal-process li Union tkun tista’ tirraprezenthom halli b’hekk isirilhom Ftehim Kollettiv?
Nghid il-verita’ ninhasad ftit meta nisma’ domanda bhal din. Izda tajjeb wiehed izomm f’mohhu li kull post tax-xoghol fih l-istorja tieghu u ghalhekk ikun tajjeb li jigi spjegat dan il-process bl-aktar mod semplici.
Tajjeb nibda’ li l-process jinbeda hekk kif il-haddiema jissiehbu fi Trade Union. Meta Union partikolari jkollha l-maggoranza tal-haddiema (50% + 1) ta’ post tax-xoghol partikolari hi tkun tista’ tressaq talba sabiex tinghata l-gharfien ewlieni. Dan il-process jigi kkonfermat mid-Direttur responsabbli mid-Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali u Xoghol.
Kif il-Union tinghata l-gharfien ewlieni, hi tkun tista’ tibda’ in-negozjati b’mod kollettiv, jigifieri tkun tista’ titkellem u tirraprezenta l-haddiema kollha ta’ dak il-post tax-xoghol. Barra minn hekk il-UHM tiehu hsieb sabiex haddiema membri jigu organizzati f’wahda mit-Taqsimiet tal-Union biex b’hekk is-segretarju tat-Taqsima jkun jista’ jikkordina, jamministra u jirraprezenta it-talbiet mressqa mill-haddiema kkoncernati. Fi hdan it-Taqsima, il-haddiema jsirulhom laqghat bil-ghan li anke jigu eletti kumitat tal-Grupp u anke shopsteward. Ir-rwol tal-Kumitat tal-Grupp hu li jiltaqa’ b’mod aktar frekwenti u jiddiskuti materji li jkunu ghaddejjin minnhom il-haddiema. Dan il-kumitat ikun kompost minn haddiema li gejjin minn gradi differenti u anke minn sezzjonijiet differenti halli b’hekk jifformaw raprezentanza aktar wiesgha.
Is-shopsteward, u f’certa kazi jkun hemm l-assistent tieghu, jkun il-holqa bejn il-haddiema fuq il-post tax-xoghol u l-Union. Is-shopsteward jattendi wkoll ghal-laqghat li l-Union ikollha mal-Management.
Meta l-Union tinnegozja Ftehim Kollettiv ghall-haddiema, qabel ma jigi iffirmat, jigi diskuss fil-laqghat tal-Kumitat tal-Grupp u fl-ahhar ikun spjegat lill-haddiema kollha li jkunu membri. Hawnhekk isir il-votazzjoni fejn il-haddiema jaghtu l-approvazzjoni sabiex il-ftehim ikun jista’ jigi iffirmat mill-Union.
Il-UHM dejjem uzat dan il-process mal-haddiema membri. Dan juri bic-car kemm il-UHM tahdem b’mod demokratiku fejn kull membru jkollu dritt isemma’ lehnu tul il-process kollu.
Mario Sacco huwa s-Segretarju tat-Taqsima Haddiema mal-Gvern tal-UHM