What's New - Ktieb gdid li jhares is-Sahha u s-Sigurta` fuq il-lant tal-kostruzzjoni
L-Occupational Health and Safety Authority ghadha kif harget ktieb gdid bl-isem ta' "What's New". Dan il-ktieb huwa mmirat biex ikompli jhares u jiggwida lill-haddiema fis-settur tal-kostruzzjoni dwar sahha u sigurta` fuq il-post tax-xoghol. Il-ktieb jista' jitnizzel minn fuq is-sit: http://www.ohsa.org.mt taht is-sezzjoni what's new jew inkella tista' tinkiseb kopja tal-ktieb mill-ufficcju ta' l-OHSA li jinsab: 17, Triq Edgar Ferro, Pieta`. L-ippublikar ta' dan il-ktieb kien pass importanti ghall-fatt li l-ikbar incidenti fuq il-post tax-xoghol isehhu fis-settur tal-kostruzzjoni. Ghalhekk inhasset il-htiega li tkompli tissahhah is-sahha u s-sigurta` ta' dawn il-haddiema fuq il-post tax-xoghol taghhom.
|
|