Zieda fin-numru ta' incidenti fuq il-postijiet tax-xoghol
L'Aworita` tas-Sahha u s-Sigurta` qalet li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena gew rappurtati 3 fatalitajiet fuq il-postijiet tax-xoghol. Zewg irgiel u mara tilfu hajjithom tragikament fuq il-post tax-xoghol rispettiv taghhom. Figuri li gew ippubblikati minn National Statistics Office (NSO) juru li b'kollox, gew rappurtati 983 kaz lid-dipartiment tas-Sigurta` Socjali (DSS) minn nies li kellhom xi incident fuq il-post tax-xoghol matul Jannar 2006 sa Marzu 2006. In-numru ta' ncidenti fuq il-post tax-xoghol zdied b'6.4% meta komparat ma' l-istess zmien tas-sena ta' qabel. 32.9% ta' l-incidenti li saru fuq il-postijiet tax-xoghol sehhew f'industriji tal-manifattura, 17.6% sehhew fuq siti ta' kostruzzjoni filwaqt li 'l kumplament sehhew fuq postijiet tax-xoghol varji.
|
|