Gwida dwar is-Sahha u s-Sigurta fl-Unjoni Ewropea
Id-dipartiment tas-Sahha u s-Sigurta` fl-istitut Trejdjunjonistiku Ewropew (ETUI - HESA), ghadu kemm ippublika ktejjeb bl-isem: "Finding your wau in the European Union Health and Safety - A trade union guide". F'dan il-ktejjeb naraw l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-proceduri involuti li jirregolaw is-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol, naraw ukoll ir-rwol tat-trade unions f'dan ir-rigward. Il-qarrejja jistghu jesploraw l-istrutturi u l-organizazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, il-mod ta' kif it-trejdjunjons jistghu jinfluwenza dan kollu. Dan il-ktejjeb jiffoka wkoll fuq il-ligijiet ta' l-Unjoni Ewropea rigward is-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol u d-direttivi li ntlaqghu fit-tattat ta' l-Unjoni Ewropea. Jinkludi wkoll standards teknici, rakkomandazzjonijiet u dokumenti ta' gwida. Il-ktejjeb jiswa 10 ewro li huma ekkwivalenti ghal madwar Lm4. Ghal aktar informazzjoni wiehed jistgha jzut is-sit ta' l-ETUI http://hesa.rtui-rehs.org/uk/publications/pub36.htm
|
|