Il-Union Haddiema Maghqudin thoss il-bzonn li jkompli tinsisti biex jikber l-isforz minn kulhadd, haddiema, sidien u Awtoritjaiet biex jigu evitati incidenti zghar jew kbar fuq il-postijiet tax-xoghol. Matul ix-xhur Ottubru u Dicembru 2006 kien hemm zieda fl-incidenti li graw fl-istess xhur fis-sena 2005. Intant, tajjeb infakkru ukoll lil dawk il-haddiema li sfortunatament li jkollhom xi korriment fuq il-post tax-xoghol taghhom biex jinformaw b'dawn l-incidenti ukoll lit-Taqsimiet rispettivi taghhom fil-UHM biex tkun tista' tittiehed azzjoni biex ma jergghux possibbilment jigru dawn l-incidenti. Tajjeb li nfakkru ukoll li kull haddiem ghandu jirrapporta l-incident tieghu lid-Dipartiment tas-Sigurta' socjali.
Mill-informazzjoni li www.uhm.org.mt ghandha matul ix-xhur bejn Ottubru u Dicembru 2006 kienu rrapportati lid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali 1,014 il-incident fuq il-post tax-xoghol. Dan in-numru ta' incidenti kien zieda ta' 85 incident jew zieda ta' 9.2% fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel - 2005.
L-akbar numru ta' incidenti u korrimenti fuq il-post tax-xoghol kienu f'dawn l-oqsma:-Manifattura 34.2%
Kostruzzjoni 15.5%
Trasport, xoghol fi mhazen u kommunikazzjoni 9.9%
Xoghol f'oqsma bl-ingrossa u bl-imnut 9.1%
Minn din l-informazzjoni qed jirrizulta li 499 (49.2%) ta' l-incident graw lill-haddiema fi gradi elementari filwaqt li 211 (20.8) il-korriment graw lill-haddiema fi snajja u hiliet ohra. F'dan l-istess perjodu bejn Ottubru u Dicembru 2006 nofs l-incident li gew rapportati sofrewhom haddiema li ghandhom inqas minn 35 sena b'502 il-incident jew (49.2%) rapportati lid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali.
L-akbar numru ta' incident u feriti kienu zghar u superficjali b'total ta' 461 incident rapportat. Fil-perjodu bejn Ottubru u Dicembru 2006 haddiem tilef hajtu fuq il-post tax-xoghol.