Insahhu l-Haddiem ta' ghada
Matul Frar u Marzu 2007, Mario Sacco u Rachel Borg, ħadu sehem fi proġett edukattiv bit-tema “Insaħħu l-Ħaddiem t’Għada”. Dan il-proġett kien organizzat mill-Kumitat Żgħażagħ tas-CMTU u sar f’diversi skejjel sekondarji li applikaw. Kien immirat għal dawk iż-żgħażagħ li qegħdin fil-Ħames Klassi ta’ l-Iskola Sekondarja, bi tħejjija għal meta joħorġu fid-dinja tax-xogħol. Uħud mill-għanijiet prinċipali ta’ dan il-proġett kienu: li tingħata informazzjoni bażika dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, fosthom miżuri ta’ Saħħa u Sigurta`; li tippromwovi l-valur tas-solidarjeta` bejn il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol; u li tingħata informazzjoni bażika dwar x’inhu r-rwol tat-trade unions.
|
|