UHM Youths – European Road Safety Day
Minħabba li din il-ġurnata kienet dedikata speċifikament għaż-żgħażagħ, it-Taqsima Żgħażagħ tal-Union Ħaddiema Magħqudin ħasset il-bżonn li żżomm attivita` biex tqajjem kuxjenza fuq il-perikli tat-toroq b’mod speċjali fejn jidħlu ż-żgħażagħ li huma fost l-aktar li jkollhom inċidenti u li saħansitra jitilfu ħajjithom. L-attivita` inkludiet fiha tqassim ta’ flokkijiet bl-islogan: “Safe Driving is Safe Living” sabiex titqajjem kuxjenza mas-sewwieqa Maltin u Għawdxin. Fil-preżenza tal-Pulizija, dawn il-flokkijiet tqassmu fi Triq Sant Anna, il-Furjana u saret ukoll Konferenza Stampa ndirizzata mill-President tal-UĦM Youths, Nicholas Baldacchino u Gejtu Vella, Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin fil-preżenza tas-Sur Stephen Micallef, Spettur tal-Pulizija u rappreżentant mill-Awtorita` tat-Trasport.
|
|