PROĠETT "Radio Web Europe"
F'Marzu 2006, il-Kummissjoni - DĠ Komunikazzjoni, ħarġet Sejħa għal Proposti - DG COMM A2-1/2006, fil-qasam tal-Pjan D1 għal "Demokrazija, Djalogu u Dibattitu", biex tagħti support lil proġetti pan-Ewropej mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bil-għan li jinkoraġġixxu u jippromwovu d-djalogu u d-dibattitu bejn ċittadini dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-UE. Radio Web Europe, waħda mill-inizzjattivi magħżula mill-Kummissjoni, ġiet ippreżentata minn sħubija ta' 8 organizzazzjonijiet minn 7 Stati Membri: CENASCA CISL (IT), ko-ordinaturi tal-Proġett; CABA (PT); CECE (ES); CESFOR (IT); MPRC (LT); ProjectOffice (AT); Townfield Training (UK); UĦM (MT). Dan il-proġett għandu l-għan li jinvolvi liż-żgħażagħ u li jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom fid-dibattitu dwar il-futur ta' l-Ewropa. Radio Web Europe beda f'Diċembru 2006 u għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2007. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista jzur is-sit: www.radiowebeurope.eu
|
|