Ragel jitlef hajtu fuq il-post tax-xoghol
Ragel ta' madwar 39 sena minn Ħaż Żabbar sar l-ewwel vittma ta' inċident traġiku fil-post tax-xogħol. L-inċident seħħ aktar kmieni llum f'barriera ftit 'il bogħod mill-Impjant ta' Sant Antnin, Ir-ragel li tilef hajtu kien fi trakk meta r-ramel li kien fuqu ċeda bih. L-intervent mediku Kien inutli tat-tim mill-Isptar Mater Dei għax sfortunatament ir-raġel miet fil-post. Fil-post issejħu l-Pulizija biex jaghmlu investigazzjoni.
|
|