05 September, 2010
22:16Help     
View Shopping Cart Items in cart
   Become a Member go   Join Our Mailing List go   
  
     uhm menu bulletHome
uhm malta menu
     uhm menu bullet
About UHM
uhm malta menu
     uhm menu bullet
UHM Sections
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Committees and Branches
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Membership
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Publications
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Gallery
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Kids Corner
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Events
uhm malta menu
     uhm menu bulletFAQ
uhm malta menu
     uhm menu bulletLinks
uhm malta menu
     uhm menu bulletContact Us
uhm malta menu
     uhm menu bulletProduct Catalogue
uhm malta menu
     uhm menu bulletDonations
uhm malta menu
     uhm menu bulletVacancies
uhm malta menu

Kummissjoni Ambjent

fireworks

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja qalet li hemm bzonn li l-kriterji biex jinghataw il-licenzji ghal-loghob tan-nar ikunu aktar iebsa u oggettivi. Il-Kummissjoni Ambjent tat ir-reazzjonijiet taghha ghar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Dwar il-Piroteknika li kienu ippublikati dan l-ahhar.

Il-Kummissjoni Ambjent ta’ l-Arcidjocesi ta’ Malta kienet diga bdiet diskussjoni pubblika dwar il-loghob tan-nar meta harget l-opinjoni taghha dwar il-festi u dwar l-impatt li jhallu fuq is-sahha u l-ambjent. Sostniet li filwaqt li dawn il-festi huma parti importanti mill-kultura Maltija, il-prezz li qed thallas is-socjeta’ ghal dan il-loghob tan-nar hu gholi wisq.

Il-Kummissjoni temmen li, bhal kull attivita’ perikoluza ohra, snin ta’ esperjenza ta’ zbalji fl-imghoddi u wkoll ta’ tragedji ghandhom iservu sabiex kull min hu involut jitharreg kif imiss, b’mod li ma jkunx hemm bzonn li jibqa’ jitghallem mill-izbalji tieghu stess. Il-Kummissjoni Ambjent qalet li taqbel mal-Kummissjoni Dwar il-Piroteknika li hu min ikollu l-licenzja li jahdem in-nar li ghandu jgorr ir-responsabbilita’ ta’ xogholu. Qalet li jehtieg li jinqabad kull min jonqos f’dawn id-dmirijiet qabel u mhux wara li tigri d-disgrazzja.

Il-Kummissjoni Ambjent sostniet li hu mehtieg m’huwiex biss is-supervizjoni kontinwa tal-kmamar tan-nar, izda li l-ufficjali li xogholhom hu li jinfurzaw il-ligi, ma jithallewx wehidhom meta jasal il-mument li jittiehdu passi kontra xi hadd. Enfasizzat ukoll li fl-ebda festa ma jista’ jinharaq nar wara l-hin stabbilit mil-ligi, u qalet li dan johrog b’rispett lejn morda, anzjani u nies ohra. Il-Kummissjoni Ambjent qalet li t-Taqsima tat-Tifi tan-Nar ghandha tibqa’ fuq il-post fejn ikun sar il-hruq tan-nar ghal mill-inqas tliet sighat wara l-ahhar sparatura.

Kompliet tghid li hemm bzonn li tkun studjata l-kwalita’ tal-kimika li qed tintuza ghax sostniet li r-ricetti tal-kompozizzjonijiet piroteknici huma l-perm ta’ l-industrija. Il-Kummissjoni Ambjent qalet ukoll li hemm bzonn li jkun hemm polza ta’ assigurazzjoni li tipprotegi lil terzi persuni. Sostniet li l-akbar problema li tezisti fl-industrija tal-loghob tan-nar hi li m’hijiex imsahha bizzejjed b’nies kwalifikati li jistghu jsahhu mhux biss il-kwalita’ tal-prodott li qed jaghmlu, imma li jghollu l-istandards tal-prattici tax-xoghol ghax huma infurmati u konxji tar-riskji.   

 

 

  UNION HADDIEMA MAGHQUDIN (Malta Workers' Union) - "Dar Reggie Miller" - St. Thomas Street - Floriana, FRN 1123 - Malta
tel +356 21220847 - +356 21234801 - +356 21236484 fax +356 21246091 email info@uhm.org.mt
 
designed by icon