Haddiem jitlef hajtu
Ragel ta' 49 sena mill-Imsida tilef hajtu wara li kien involut f'incident aktar kmieni dan ix-xahar fuq il-post tax-xoghol. Nhar it-Tnejn 7 ta' Lulju dan il-haddiem kien involut f'incident fuq il-post tax-xoghol meta waqa' madwar erbgha filati. Ghal dawn l-ahhar jiem dan il-haddiema kien qed jinzamm fit-Taqsima Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
|
|