|
|
|
|
|
 |
|
|
|
Frequently Asked Questions
| 1. | Min jista' jissieheb membru fil-UHM? |
-
| 2. | Kif membru fil-Union jista' jaghmel il-hlas tas-shubija tieghu fil-Union? |
-
Hemm diversi metodi kif membru jista' jaghmel il-hlas tas-shubija tieghu fil-UHM. Pagament tas-shubija jista' jinqata' direttament mill-paga permezz tas-sistema maghrufa bhala check off system. Membru jista' jaghmel arrangament mal-bank tieghu u permezz ta' standing order il-hlas jghaddi direttament mill-bank ghall-Union. Membru jista' wkoll jibghat cekk indirizzat lill-"Union Haddiema Maghqudin" bil-posta jew ihallas direttament fil-Kwartieri Generali tal-UHM, il-Furjana jew fl-Ufficcju tal-UHM, f'Ghawdex. F'kull kaz l-individwu jinghata rcevuta.
| 3. | X'inhuma l-hinijiet ta' l-Ufficcju ta' l-Union f'Malta u Ghawdex? |
-
F'Malta l-hinijiet ta' l-ufficcju huma: mit-Tnejn sal-Gimgha - mit-8.00 am sas-6.30 pm u s-Sibt mid-9.00 am sa 12.00 am. F'Ghawdex il-hinijiet ta' l-Ufficcju huma: mit-Tnejn sal-Gimgha - mit-8.00 am sad-9.00 am.
| 4. |
F'kemm zmien haddiem li jitkecca ingustament minn fuq il-post tax-xoghol irid iressaq il-kaz tieghu quddiem it-tribunal industrijali?
|
-
Haddiem li jitkecca ingustament minn fuq il-post tax-xoghol irid iressaq il-kaz tieghu quddiem it-tribunal industrijali fi zmien erba' (4) xhur mid-data tat-tkeccija tieghu.
| 5. | Fejn f'post tax-xoghol ma jkunx hemm union jew il-maggoranza tal-haddiema jkunu msiehba f'xi union ohra, haddiem jista' xorta wahda jissieheb fil-UHM u jinghata servizz? |
-
Iva. Il-UHM tassigura li kull haddiem imsieheb maghha jinghata l-protezzjoni u s-servizz kollu li jkun jenhtieg. Fuq bazi individwali l-UHM xorta wahda jkollha dritt li tressaq rapprezentazzjonijiet f'isem kull haddiema msieheb maghha.
| 6. | X'formola ghandha timtela' meta haddiem iwegga' fuq il-post tax-xoghol? |
-
Meta haddiem iwegga' fuq il-post tax-xoghol ghandha timtela' l-formola ta' l-N.I. 13. Din il-formola trid tintbaghat lid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali u ghadha tasal fi zmien ghaxart (10) ijiem minn meta l-haddiem ikun wegga'.
Jekk din il-formola ma timteliex, il-haddiema koncernat jista' jitlef il-beneficcji tal-hlas. Il-massimu tal-beneficcju hu ta' sena paga.
| 7. | Kemm hija l-paga minima nazzjonali f'pajjizna? |
-
F'Malta, fis-sena 2010, il-paga minima nazzjonali ta' eta`18-1l sena u fuqhom hija ta' €152.29 ewro fil-gimgha, ta' eta` 17-il sena hija ta`€145.24 ewro fil-gimgha u taht is-17-il sena hija ta' €142.28 ewro fil-gimgha.
| 8. | Meta jista`haddiem jirrifjuta li jahdem l- “overtime”? |
-
Haddiem jista` biss jirrifjuta li jahdem l-“overtime” meta ikun hadem aktar minn medja ta’ 8 sieghat fil-gimgha jew 136 siegha fuq perjodu stabbilit ta’ 17-il gimgha. Ezempju: Jekk haddiem ikun hadem 136 siegha fl-ewwel 11-il gimgha ta’ dan il-perjodu, ikun jista` jirrifjuta li jahdem aktar “overtime” sakemm jghaddu s-6 gimghat l-ohra li jkun fadal mill-perjodu tas-17-il gimgha.
| 9. | Meta haddiem jirrezenja mill-impieg tieghu, kemm ghandu ikun twil il-perjodu ta’ l-avviz tat-temm ta’ l-impieg (notice period)? |
-
It-tul ta’ dan il-perjodu ivarja kif gej:- aktar minn xahar mhux aktar min sitt xhur – gimgha; aktar minn sitt xhur mhux aktar minn sentejn – gimghatejn; aktar minn sentejn mhux aktar minn erba snin – erba’ gimghat; aktar minn erba snin mhux aktar min seba` snin – tmien gimghat; aktar min seba snin – gimgha wahda addizzjonali ghal kull sena sussegwenti ta’ servizz - sa massimu ta’ tnax (12)-il gimgha.
| 10. | Xi drittijiet ghandu l-haddiem meta jitlef l-impieg tieghu minhabba nuqqas ta' xoghol (redundancy)? |
-
Meta haddiem jitlef l-impieg tieghu minhabba nuqqas ta’ xoghol (redundancy), dan ikollu d-dritt li jirregistra ghax-xoghol taht l-Ewwel Parti tar-Registru tal-Qaghad. Dan ifisser li jkollu ukoll id-dritt li jircievi ghajnuna finanzjarja ghall massimu ta’ 156 gurnata, bhala ghajnuna f’Beneficcju tal-Qaghad., dan f’kaz ta’ ragel mizzewweg bil-mara ma tahdimx jew tahdem part-time. Meta jiskadu dawn is-sitt xhur, sakemm il-haddiem ma jkollux aktar minn €23,294 f’kapital (flus u/jew propjeta), ikollu d-dritt li jircievi l-Ghajnuna tal-Qaghad li tvarja skond kemm ikun hemm membri fil-familja.
| 11. | Jista` haddiem li jahdem b’kuntratt ta’ servizz ghal terminu ta’ zmien fiss jitlaq mix-xoghol qabel iz-zmien specifikat fil-kuntratt? |
-
Il-haddiem ma’ jistax jitlaq qabel iz-zmien specifikat li jkun imnizzel fil-kuntratt definit. Anzi jekk jaghmel dan, il-haddiem ikollu jhallas lill-principal tieghu multa li tkun ekwivalenti ghal nofs il-paga kollha ta’ dak il-perjodu kollu li jkun ghad fadal sakemm jigi fi’ tmiemhu l-kuntratt definit.
| 12. | Jista` principal ikecci (jekk mhux b’dixxiplina) impjegat li jahdem mieghu b’kuntratt ta’ servizz ghal terminu ta’ zmien fiss qabel iz-zmien specifikat fil-kuntratt? |
-
Il-principal ma’ jistax ikecci (jekk mhux b’dixxiplina) impjegat qabel iz-zmien specifikat li jkun imnizzel fil-kuntratt definit. Anzi jekk jaghmel dan, il-principal ikollu jhallas lill-impjegat tieghu multa li tkun ekwivalenti ghal nofs il-paga kollha ta’ dak il-perjodu kollu li jkun ghad fadal sakemm jigi fi’ tmiemhu l-kuntratt definit.
| 13. | X’ifisser it-terminu leave tal-genituri (parental leave)? |
-
Dan huwa d-dritt individwali tal-haddiema, kemm tan-nisa u kemm ta’ l-irgiel, li jinghataw leave tal-genituri bla hlas ghal ragunijiet ta’ twelid, adozzjoni jew kustodja legali ta’ tifel/tifla biex ikunu jistghu jiehdu hsieb it-tifel/tifla ghal perjodu ta’ tliet xhur sakemm it-tifel/tifla jaghalqu t-tmien snin.
| 14. | Meta haddiem jibda jahdem f’impieg gdid, kemm ghandu jkun twil l-impieg bi prova (probation period)? |
-
L-ewwel sitt xhur ta’ kull impieg taht kuntratt ta’ servizz ikun bi prova, sakemm zmien iqsar ta’ impieg bi prova ma jigix miftiehem bejn iz-zewg partijiet.
Madanakollu, haddiema b’karigi teknici, ezekuttivi, amministrattivi, ta’ direzzjoni jew li l-paga taghhom tkun ta’ aktar mid-doppju tal-paga minima nazzjonali stabbilita f’dik is-sena, allura dak iz-zmien ta’ impieg bi prova jkun ta’ sena, sakemm ma jkunx specifikat mod iehor fil-kuntratt ta’ servizz.
| 15. | Kemm hija l-paga minima nazzjonali f'pajjizna ta' l-impjegati part-time? |
-
F'Malta, fis-sena 2010, il-paga minima nazzjonali ghall-impjegati part-time ta' eta`18-1l sena u fuqhom hija ta' € 3.81 fis-siegha, ta' eta` 17-il sena hija ta`€ 3.63 fis-siegha u taht is-17-il sena hija ta' € 3.56 fis-siegha ghal kull siegha li tinhadem.
| 16. | X’inhu Ftehim Kollettiv? X’importanza dan il-Ftehim Kollettiv ghandu ghall-haddiema fuq il-post tax-xoghol taghhom? |
-
Ftehim Kollettiv huwa ftehim bil-miktub bejn min ihaddem u l-Union li tirrapprezenta lill-haddiema u li fih ikun hemm imnizzel il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema.
Ftehim Kollettiv ifisser żvilupp importanti ħafna fir-Relazzjonijiet Industrijali ta’ bejn il-haddiema li jkunu rapprezentati mill-union taghhom, u l-kumpanija li tkun rapprezentata mill-membri tal-management.
| 17. | X’jistghu jaghmlu l-haddiema sabiex fuq il-post tax-xoghol taghhom ikollhom Ftehim Kollettiv? |
-
Sabiex il-haddiema jkollhom Ftehim Kollettiv fuq il-post tax-xoghol taghhom, l-ewwel ikun hemm bzonn li l-maggoranza tal-haddiema jsiru membri tal-Union. Wara, minn-naha taghha, it-Taqsima responsabbli minn dak il-post tax-xoghol partikulari, titlob l-gharfien ewlieni lill-kumpanija koncernata sabiex tkun tista` tibda tinnegozja maghha Ftehim Kollettiv ghall-beneficcju tal-haddiema kollha ta’ dak il-post tax-xoghol.
| 18. | Jista` l-principal tieghi jqabbadni naghmel xoghol ta’ grad jew gradi ghola minn dak li jien inkun impjegat ghalih? |
-
Iva, impjegat li jigi mqabbad jaghmel xoghol alternattiv u liema xoghol ikun ta’ grad oghla, huwa ghandu jigi mhallas Substitution Allowance. Din l-allowance hija dik id-differenza bejn il-paga li impjegat ikollu bhala grad u l-paga tal-grad li tieghu jkun qieghed jaghmel ix-xoghol alternattiv ghal perijodu kollu li jkun hadem f’dan ix-xoghol alternattiv ta’ grad jew gradi ghola.
| 19. | L-impjegati huma assigurati kontra incidenti jew mard li jistghu jinqalghu fuq il-post tax-xoghol taghhom? |
-
Kull minn ihaddem ghandu l-obbligu skond il-ligi li jizgura li jkollu lill-haddiema kollha tieghu assigurati kontra kull incident li jista` jinqalgha fuq il-post tax-xoghol kif ukoll assigurati kontra kull mard li jista`jinqalgha b’konsegwenza tax-xoghol li l-impjegat ikun qieghed jaghmel.
| 20. | X’ifisser it-terminu lif urgenti tal-familja (urgent family leave)?
|
-
Lif urgenti tal-familja huwa dritt tal-haddiema kollha ghal minimu ta’ hmistax-il siegha fis-sena lif bi hlas biex ikunu prezenti, meta din il-prezenza tkun indispensabbli, hdejn membri tal-familja fil-qrib taghhom, f’kazi ta’ mard jew disgrazzja ghal gharrieda. Fejn huwa umanament possibbli, il-haddiema ghandhom javzaw minn qabel li ser jittiehed dan il-lif.
Il-membri tal-familja fil-qrib huma r-ragel, il-mara, it-tfal (mizzewga jew m’humiex), il-genituri u l-ahwa (kemm jekk jghixu fl-istess dar jew le) u persuni li ghadhom il-kustodja ta’ xi tifel jew tifla.
| 21. | Ghal-liema beneficcji huma intitolati dawk il-haddiema li l-impieg principali taghhom huwa biss fuq bazi part-time? |
-
Dawn il-haddiema huma intitolati pro-rata (approporzjon tas-sieghat li jahdmu minn erbghin siegha), ghall-vaganzi pubblici kollha, lif annwali ta’ vaganzi, lif ghall-mard, lif ghat-twelid, lif f’kaz ta’ mewt, lif ghaz-zwieg u lif ta’ korrimenti. Barra minnhekk il-haddiema huma intitolati ukoll pro-rata tal-bonuses statutorji ta’ Marzu, Gunju, Settembru u Dicembru
| 22. | Ghal kemm huma intitolati lif ta’ vaganza l-haddiema full-time? |
-
Il-haddiema kollha li jahdmu fuq bazi full-time huma intitolati ghal erba’ gimghat u erba` granet (192 sieghat) tax-xoghol imkejjel fuq bazi ta’ gimgha ta’ 40 siegha xoghol, u fuq gurnata ta’ 8 sieghat xoghol.
| 23. | Ghal kemm huma intitolati lif ghall-mard il-haddiema full-time? |
-
Il-lif ghall-mard ivarja minn post tax-xoghol ghall-iehor skond l-Ordni tal-Kunsilli tal-Pagi tas-Settur partikolari li fih il-haddiema jkunu qeghdin jahdmu jew skond il-Ftehim Kollettiv jekk ikun il-kaz. Ghal aktar dettallji tista` iccempel lilna fuq 21220847 jew lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi fuq 21223658.
| 24. | Ghal kemm huma intitolati lif ta’ luttu l-haddiema full-time? |
-
Il-lif ta’ luttu jinghata biss f’kazi ta’ mewt tal-mara, tar-ragel, ta’ l-omm, tal-missier, tat-tfal u ta’ l-ahwa ta’ l-impjegat/a. Dan ivarja minn post tax-xoghol ghall-iehor skond l-Ordni tal-Kunsilli tal-Pagi tas-Settur partikolari li fih il-haddiema jkunu qeghdin jahdmu jew skond il-Ftehim Kollettiv jekk ikun il-kaz. Ghal aktar dettallji tista` iccempel lilna fuq 21220847 jew lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi fuq 21223658.
| 25. | Ghal kemm huma intitolati lif ta’ twelid ta’ tarbija l-haddiema full-time? |
-
Il-lif ta’ twelid ta’ tarbija jinghata lill-haddiema rgiel kollha meta l-mara taghhom twelled tarbija. Dan ivarja minn post tax-xoghol ghall-iehor skond l-Ordni tal-Kunsilli tal-Pagi tas-Settur partikolari li fih il-haddiema jkunu qeghdin jahdmu jew skond il-Ftehim Kollettiv jekk ikun il-kaz. Ghal aktar dettallji tista` iccempel lilna fuq 21220847 jew lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi fuq 21223658.
| 26. | Kemm ghandu leave ta' korriment il-haddiem li iwegga` fuq il-post tax-xoghol (injury on duty)? |
-
Sakemm dan ma jkunx bi traskuragni jew b'kontravenzjoni tar-Regoli dwar is-Sahha u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xoghol, il-haddiem huwa intitolat ghal mhux aktar minn sena leave ta' korriment b'paga shiha li minnha jitnaqqsu l-ammont ta' Beneficcju Socjali li jircievi il-haddiem. Kull perijodu ta' korriment irid ikun kopert b'certifikat mediku.
|
|
|
|
|
|
|