fbpx

Ħtieġa li l-LSAs u l-Kindergarten Assistants ukoll ikunu stmati

Il-UĦM tirreferi għal ittra li ntbagħtet mill-Union tal-Għalliema (MUT) lill-Ministru tal-Edukazzjoni dwar il-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet aħjar għal child care assistants fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.

Filwaqt li tirrimarka li bħalissa għaddej il-proċess ta’ rikonoxximent dwar liema union se tirrapreżenta lil dawn il-ħaddiema, il-UĦM qed tisħaq mal-MUT biex tanalizza sewwasew x’qed jiġri lil-Learning Support Assistants u lill-Kindergarten Assistants li mhux qed jingħataw appoġġ u lanqas qed ikunu stmati biżżejjed mill-MUT – il-union li suppost taqbeż għad-drittijiet u għall-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema fl-iskejjel.

Mhux ta’ b’xejn li numru ta’ LSAs u Kindergarten Assistants qed iħabbtu l-bieb tal-Union Ħaddiema Magħqudin u jirrikorru għall-għajnuna, b’uħud li saħansitra qed jikkunsidraw jitilqu mill-MUT sabiex jissieħbu fil-UĦM!

Sadattant b’dan l-aġir, il-MUT, egoistikament, qed tkompli ttawwal il-proċess sabiex il-ħaddiema fil-FES jingħataw kundizzjonijiet xierqa li ntlaħaq qbil dwarhom mill-UĦM u l-Gvern.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment