fbpx

Il-UĦM hi determinata li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-FES

Illum l-UĦM rappreżentata minn Dr Ian Spiteri Bailey u Dr Andrew Grima dehret quddiem l-Imħallef Zammit Mckeon fuq il-kontesstazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ Child Carers fl-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi (FES).

Mix-xhieda li nstemet illum ħareġ biċ-ċar li l-MUT, meta kienet għamlet it-talba ta’ rikonxximent ma kelliex l-maġġoranza ta’ Child Carer Assistants membri tagħha. Aktar minn hekk, mill-istess provi esebiti, ħareġ biċ-ċar li l-UĦM għandha aktar membri bħala Child Care Assistants milli l-MUT.

L- UĦM tirrappreżenta mhux biss liċ-Child Care Assistants  iżda wkoll kategoriji oħrajn ta’ ħaddiema, fosthom, coordinators u ħaddiema fl-amministrazzjoni. Il-UĦM tistqarr li mhux sew li l-ħaddiema tal-FES għandhom ibatu minn aktar dewmien fin-negozjati.

Il-UĦM ikkonfermat li se tissospendi l-azzjonijiet industrijali fuq in-negozjati tal-Ftehim Kolletiv sakemm jinħareġ id-digriet tal-Qorti, sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Marzu 2015. Sadattant il-Qorti ikkonfermat id-dritt tal- UĦM bħala union rikonoxxuta li tkompli tiltaqa’ mal-ħaddiema fil-postijiet tax-xogħol.

II-ħaddiema huma l-aktar li se jkunu milquta. Intant il-UĦM tirringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti, kemm dawk li huma membri fl-UĦM kif ukoll lil dawk li m’humiex u li b’mod assulut obdew id-direttivi tal-UĦM ilbieraħ.

Il-UĦM se tibqa’ determinata li tagħmel dak kollu possibbli sabiex il-FES tilqa’ t-talbiet tal-union biex, fl-iqsar żmien possibbli, il-ħaddiema involuti jkollhom titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol li jixirqilhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment