fbpx

L-UĦM tinsisti li jitjiebu li-kundizzjonijiet ta’ xogħol fil-FES

Il-UĦM qed tinsisisti li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema fi ħdan l-Fondazzjoni ta’ Servizzi Edukattivi.

Il-UĦM hija pre-okkupata bit-turnover tal-ħaddiema fl-FES. Għalhekk, il-UĦM tinsisti li xogħol li jsir minn dawn il-ħaddiema huwa xogħol sensittiv u turnover ta’ ħaddiema f’dan is-settur ma jagħmilx tajjeb kemm għat-tfal li jużaw  is-servizzi u lanqas għall-ġenituri u l-ħaddiema nfushom.

It-Taqsima Edukazzjoni u Kura tal-UĦM, kellha u qed ikollha diversi laqgħat mal-management biex tara li l-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ dawn l-ħaddiema jiġu ndirazzati u jiġu riflessi f’paga aħjar. Dan minħabba l-fatt li ż-żieda fis-servizzi ġodda tal-FES kompliet tkabbar ir-responsabbiltá fuq il-ħaddiema. Għalhekk, ix-xogħol li jagħmlu għandu jkun rikonxxut b’għozza u billi jkollom kundizzjonijiet u paga aħjar.

Il-UĦM issellem lil ħaddiema kollha li jaħdmu fil-Fondazzjoni ta’ Servizzi Edukattivi (FES) għax qed jagħtu s-servizz tagħhom ta’ kuljum b’tant dedikazzjoni.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment