News
| Date |
02 November, 2009 |
| |
|
|
Aktar theddid lill-impjegati fis-Settur tas-Sahha
|
| |
|
| Category |
UHM News |
| |
Aktar theddid lill-impjegati li qed jiehdu sehem f’azzjonijiet industrijali fis-settur tas-sahha. Wara li konna informati li l-impjegati fis-Central Sterile Services Department (CSSD) fl-Isptar Mater Dei gew imhedda li ser jitilfu xoghol ghax qed jobdu direttiva tat-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM), issa kien imiss lill-haddiema tac-centri tas-sahha. Hawn ukoll qed isir theddid li l-post jista’ jigi privatizzat, u dan qed isir bl-iskop li tqanqal bizgha u intimidazzjoni lil dawn il-haddiema. Il-UHM filwaqt li tikkundanna bil-qawwa kollha kull tip ta’ pressjoni fuq dawn il-haddiema, lesta tirrikorri ghal kull tip ta’ azzjoni kemm-il darba jissokkta dan it-theddid. It-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UHM qed tavza lid-Dipartiment tas-Sahha li fis-Central Sterile Services Departiment (CSSD) fl-Isptar Mater Dei, qed jintbaghat xoghol li jkun intbaghat ghand il-privat li ghalih id-Dipartiment qed ihallas aktar minn sitt elef Euro €6000 kull tlett (3) gimghat u ghax ikun sar xoghol hazin biex jerga' jintbaghat isir mill-haddiema fis-Central Sterile Services Departiment (CSSD) fl-Isptar Mater Dei. Dan mhux ser ikun accettat aktar u meta jintbaghat xoghol ghax ikun sar hazin mill-privat mhux ser isir, isir biss dak li jkun urgenti.
|
|
|
|