Is-sena 2009 ma kienet sena facli xejn ghal hadd. Ir-ricessjoni internazzjonali halliet impatt fuq l-ekonomija Maltija wkoll. Ghalkemm huwa fatt li bhala pajjiz, bil-hidma ta’ kulhadd, irnexxielna ntaffu mhux hazin id-daqqa fuq l-impiegi, fir-realta’ xorta wahda kellna haddiema li b’xorti hazina tilfu l-impieg taghhom.
Ghalkemm numru ta’ pajjizi issa donnhom hergin mir-ricessjoni, hemm indikazzjoni li bhalma Malta dahlet f’ricessjoni ftit tard, issa ser tohrog minnha wara pajjizi ohra wkoll. Dan ifisser li fl-ewwel ftit xhur tas-sena 2010 jaf jibqa’ jkollna xi ftit diffikultajiet ukoll.
F’dan ix-xenarju, il-prijorita’ assoluta tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM) ghas-sena 2010 se tibqa’ certament il-holqien tal-postijiet tax-xoghol u s-salvagwardja tal-impiegi. F’dan ir-rigward il-UHM se tkun qed thabbrek biex l-inizzjattivi kollha li thabbru fil-bagit u li b’xi mod jistghu jincentivaw it-tkabbir ekonomiku u allura l-holqien tal-impiegi, jibdew ikunu implimentati minnufih. Il-UHM temmen bi shih li bi sforz kollettiv, fejn kulhadd jaghmel il-parti tieghu, dawn id-diffikultajiet jistghu jintghelbu wkoll.
Matul is-sena 2010 il-UHM se terga’ tkun qed itella’ wkoll fuq l-agenda nazzjonali, il-kwistjoni tal-moralita’ fiskali. L-evazjoni ta’ kull forma ta’ taxxa mhux biss tohloq kompetizzjoni ingusta bejn dak li jhallas dak dovut u min le, izda fuq kollox ukoll titfa’ piz fuq il-kumplament tal-poplu. Il-gustizzja titlob li l-piz ghandu jingarr b’mod ekwu minn kulhadd. In-nuqqas tad-dhul tal-Gvern qed jispicca piz akbar fuq dawk li jhossu l-obbligu li jhallsu dak dovut minnhom. Il-Gvern ghalhekk ghandu d-dmir li jaccerta li dan ma jsehhx. Il-UHM ghalhekk se terga’ tkun il-protagonista li tinsisti mal-Gvern biex jiehu passi effettivi kontra min jaghzel li assolutament ma jikkontribwixxix is-sehem tieghu.
Hidma ohra tal-Union se tkun iffokata fuq certi abbuzi fil-prezzijiet, b’mod partikolari fil-prezzijiet tal-medicini. Mhux gustifikabbli li certi medicini f’Malta qed jinbieghu bi prezz doppju (u f’xi kazijiet kwazi tripplu) ta’ dak li jinxtraw minn pajjizi ohra ewropej. F’dan ir-rigward il-UHM tistenna li l-Awtorita’ Maltija ghall-Kummerc Gust tinghata l-ghodda kollha mehtiega biex dawn l-abbuzi fil-konfront tal-konsumatur ikunu ndirizzati bil-forza kollha.
Matul din is-sena l-UHM se tkun impennjata wkoll b’mod qawwi hafna biex tipprepara u tinnegozja numru sostanzjali ta’ ftehim kollettivi li kollha jaghlqu fl-ahhar tas-sena 2010. Fost ohrajn il-UHM se tkun qed tinnegozja l-ftehim kollettiv ghall-haddiema kollha fis-Servizz Pubbliku li jkopri b’kollox madwar 30,000, kif ukoll ghadd ta’ ftehim kollettivi ohra f’diversi agenziji u entitajiet pubblici ohra. Dan apparti numru ta’ ftehim kollettivi ohra fis-settur privat.
Fuq livell nazzjonali l-UHM tibqa’ temmen fl-importanza tad-djalogu socjali effettiv bejn l-imsiehba socjali. F’dan il-kuntest ir-rwol tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali jibqa’ krucjali biex jinstab bilanc gust bejn it-tkabbir ekonomiku u s-sosten socjali. Is-sehem tal-UHM fl-MCESD jibqa’ wiehed impennjattiv biex taccerta livell ta’ ghexien gust ghall-haddiema u l-pensjonanti kollha.
Il-UHM trodd hajr lill-haddiema u l-pensjonanti kollha ghall-appogg kontinwu taghhom. Il-UHM tawgura lil kulhadd sena mimlija risq u paci.
Gaetano Tanti
Union Haddiema Maghqudin
President
31 ta’ Dicembru 2009
www.uhm.org.mt