News
| Date |
05 June, 2010 |
| |
|
|
Kolumbia:- Il-haddiema fis-settur edukattiv jircievu aktar theddid
|
| |
|
| Category |
General (International) |
| |
Il-vjolenza tilhaq rata allarmanti fil-Kolumbia. Sa minn Jannar 2010 erba’ ghalliema msiehba fl-Assocjazzjoni tal-Ghalliema, Cordoba ADEMACOR, gew maqtula. Il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC) flimkien mal-affiljati taghha fil-Kolumbia CUT, CGT u CTC, ikkundannaw minghjar riservi dawn l-atti barbari kif ukoll it-theddid kontinwu fuq il-mexxejja u l-kwartieri tal-union tal-ghalliema. Skond informazzjoni li waslet ghand il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC), Overto Beltrán Narváez, Rigoberto Polo Contreras, Elkin Eduardo González u Benito Díaz Álvarez kollha gew maqtula vicin il-postijiet tax-xoghol taghhom. Il-President tal-Union ADIDA, Over Dorado Cardona, ukoll sofra attakk izda fortunatament irnexxielu jahrab fil-hin minghajr ma sofra wisq griehi. Matul ix-xahar ta’ April biss, ADIDA kkundannat il-qtil ta’ zewg membri ohra taghha u attentat fuq il-hajja tal-President tal-union taghha. Dan flimkien ma’ theddid iehor kontinwu lil 59 ghalliem u theddid sistematiku iehor li sar fil-15 ta’ April waqt protesta ufficjali.
|
|
|
|