05 September, 2010
22:16Help     
View Shopping Cart Items in cart
   Become a Member go   Join Our Mailing List go   
  
     uhm menu bulletHome
uhm malta menu
     uhm menu bullet
About UHM
uhm malta menu
     uhm menu bullet
UHM Sections
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Committees and Branches
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Membership
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Publications
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Gallery
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Kids Corner
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Events
uhm malta menu
     uhm menu bulletFAQ
uhm malta menu
     uhm menu bulletLinks
uhm malta menu
     uhm menu bulletContact Us
uhm malta menu
     uhm menu bulletProduct Catalogue
uhm malta menu
     uhm menu bulletDonations
uhm malta menu
     uhm menu bulletVacancies
uhm malta menu

News

Date 29 July, 2010
   
Zjara fl-ufficcju Nazzjonali tal-verifika mill-iSpeaker Dr. Michael Frendo
   
Category General (Local)
 


Matul zjara ta’ kortesija li ghamel l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Michael Frendo, fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), minn wara l-hatra tieghu f’April li ghadda, gie pprezentat b’Manwal estensiv tal-Verifika gdid mhejji mid-Divizjoni tal-Performance Auditing ta’ dan l-Ufficcju.
 
Waqt laqgha li kellu mal-Awditur Generali, is-Sur Anthony C. Mifsud u d-Deputat Awditur Generali, is-Sur Charles Deguara, li bhala Ufficjali tal-Parlament jirrappurtaw direttament lil Mr Speaker, Dr. Michael Frendo segwa b’attenzjoni l-aggornamenti estensivi tad-diversi xoghlijiet ta’ verifika li jinsabu ghaddejjin bhalissa fl-NAO. 
 
Huwa esprima l-apprezzament ghax-xoghol li qed jitwettaq fid-diversi Ministeri u entitajiet governattivi. Dawn gew imfissra fid-dettal waqt prezentazzjoni li ghamlu z-zewg Assistenti Awdituri Generali, is-Sur Brian Vella u s-Sinjura Vanessa Tonna.  L-Onor. Speaker irriafferma  s-support kontinwu tieghu lin-NAO.

Matul iz-zjara tieghu Mr. Speaker kellu l-opportunita’ wkoll li jiltaqa’ mal-Assistenti Awdituri Generali, Managers u membri tal-istaff.  Huwa nghata dettalji dwar x’tinvolvi l-hidma li jwettqu l-awdituri esterni fid-dipartmenti u entitajiet tal-Gvern.  
 
Matul l-indirizz tieghu l-Awditur Generali ghamel emfasi fuq ir-relazzjoni eccellenti li tezisti bejn l-Ufficcju tieghu u l-Parlament waqt ix-xoghol li jwettqu flimkien, kif ukoll fuq l-impenn li ghandu l-Ufficcju biex ikompli jizgura li r-rizorsi pubblici jintuzaw skond ir-regolamenti, b’mod efficjenti u effettiv. 
 
Min-naha tieghu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Michael Frendo tkellem dwar ir-relazzjoni tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika mal-Parlament. Mr. Speaker sahaq fuq l-importanza tat-tishih tal-istituzzjonijiet, dik tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika u l-Parlament, ghat-tishih aktar tad-demokrazija ta’ pajjizna, fil-kuntest ta’ bilanc tal-poteri tal-Istat.
 
Din iz-zjara sehhet meta l-Ufficcu qed ifakkar il-196 sena anniversarju mit-twaqqif tieghu bhala l-funzjoni ta’ verifika statali f’Malta.  Fil-fatt l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika tal-lum huwa dak li fl-imghoddi kien maghruf bhala d-Dipartiment tal-Verifika, imwaqqaf f’Ottubru 1814.

 


 

  UNION HADDIEMA MAGHQUDIN (Malta Workers' Union) - "Dar Reggie Miller" - St. Thomas Street - Floriana, FRN 1123 - Malta
tel +356 21220847 - +356 21234801 - +356 21236484 fax +356 21246091 email info@uhm.org.mt
 
designed by icon