Martin Caruana, Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport, illum qal li s-sit elettroniku www.uhm.org.mt li nhar il-Erbgha, 21 ta’ Lulju 2010 gie ffirmat ftehim kollettiv gdid ghall-haddiema tad-dipartiment tal-engineering tal-Malta Freeport Terminals Ltd.
Martin Caruana qal li n-negozjati dwar ftehim kollettiv gdid ghall-haddiema fis-sezzjoni tal-engineering tal-Malta Freeport ha numru ta’ xhur biex jigi negozjat minhabba li n-negozjati kienu impenjattivi u difficli.
Hu kompla biex qal li l-ftehim Kollettiv hu b’sehh retro attiv mill-1 ta’ Jannar 2007 u jkopri sal-31 ta’ Dicembru 2012. Il-ftehim jahseb ghal struttura gdida ta’ gradi, promozzjonijiet u dmirijiet godda. Il-ftehim kollettiv jinkludi titjieb fis-salarji kull sena barra l-gholi tal-hajja u skema ta’ assigurazzjoni fuq is-sahha filwaqt li tjiebu numru ta’ kundizzjonijiet ohra ta’ xoghol. Dan il-ftehim kollettiv jipprovdi wkoll ghal tahrig ghall-haddiema fit-taqsima tal-engineering.
Dan il-ftehim gie spjegat lill-haddiema f’laqghat apposta u gie approvat b’maggoranza assoluta. Minkejja d-dewmien li kien hemm fin-negozjati ta’ dan il-ftehim, il-haddiema ser jinghataw iz-zidied fis-salarji u fl-allowances minn l-ewwel ta’ Jannar 2007.
F’isem il-UHM, il-ftehim kollettiv gie ffirmat minn Gejtu Vella, Segretarju Generali; Martin Caruana, Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport; Emanuel Fenech Shop Steward; Anthony Zarb, membru tal-kumitat; Brian Borg, membru tal-kumitat; Joseph Oliva, membru tal-kumitat u Mario Caruana, membru tal-kumitat. F’isem il-Malta Freeport Terminals Ltd, iffirmaw il-ftehim kollettiv Uwe Malezki, Managing Director; Dr. Duncan Borg Myatt, Director of HR u Lawrence Portelli, HR Manager.
Martin Caruana ha l-okkazjoni biex irringrazzja kemm lill-kollegi tieghu fil-kumitat tal-engineering kif ukoll lill-management tal-kumpanija u stqarr li b’negozjati serji kemm il-kumpanija kif ukoll il-haddiema jistghu jimxu ‘l quddiem.