07 September, 2010
10:28Help     
View Shopping Cart Items in cart
   Become a Member go   Join Our Mailing List go   
  
     uhm menu bulletHome
uhm malta menu
     uhm menu bullet
About UHM
uhm malta menu
     uhm menu bullet
UHM Sections
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Committees and Branches
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Membership
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Publications
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Gallery
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Kids Corner
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Events
uhm malta menu
     uhm menu bulletFAQ
uhm malta menu
     uhm menu bulletLinks
uhm malta menu
     uhm menu bulletContact Us
uhm malta menu
     uhm menu bulletProduct Catalogue
uhm malta menu
     uhm menu bulletDonations
uhm malta menu
     uhm menu bulletVacancies
uhm malta menu

Press Release


Date 05 February, 2010
 
Il-UHM tharrax l-azzjonijiet industrijali rigward It-Technicians li jahdmu gewwa l-iskejjel Statali.

Il-Union Haddiema Maghqudin habbret li kompliet tharrax l-azzjonijiet industrijali lil dawk il-haddiema li jahdmu bhala Technicians fl-iskejjel Statali. 

Ghaldaqstant, fuq direttiva tal-Union, mil-lum dawn l-imsemmija haddiema mhux ser ikunu qed jiehdu responsabbilta ta’ aktar minn Lab wiehed, kif ukoll jabdikaw minn dak ix-xoghol kollu li mhux fil-parametri tal-Job Description taghhom (ezempju: ma jaghmlux xoghol klerikali jew xoghol ta’ xiri ta’ materjal barra mill-iskola). 

Kien nhar il-Hamis, 21 ta’ Jannar 2010 li dawn il-haddiema membri li jahdmu fl-iskejjel Statali nghataw id-direttiva biex ma jaghmlux uzu mit-telefon, mobile phone, email, internet u faxes, kif ukoll ma jiehdux responsabbilta’ ta’ aktar minn zewg Labs fil-gurnata tax-xoghol taghhom. 

It-Taqsima Haddiema mal-Gvern tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM) qed tilmenta dwar numru ta’ anomaliji li jezistu fl-istruttura ta’ dawn it-Technicians, kif ukoll dwar id-dewmien li qed isir sabiex jigi negozjat ftehim gdid ghal dawn il-haddiema.  Il-UHM spjegat li wara li ghaddiet aktar minn gimgha minn meta hargu l-ewwel direttivi u ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni min-naha tal-Gvern dwar din il-kwistjoni, ma kellhiex triq ohra hlief li tkompli tharrax l-azzjonijiet industrijali.

Il-UHM qed toqghod attenta hafna li l-azzjonijiet industrijali taghha joholqu tbatija mill-inqas lill-istudenti pero’ minn naha taghha, d-Divizjoni tal-Edukazzjoni mhi taghmel xejn biex tinstab soluzzjoni.   Fic-cirkostanzi l-UHM ser ikollha tirrikorri ghal aktar azzjonijiet industrijali.


 (iffir.) Edwin Balzan
            Segretarju
            Taqsima Haddiema mal-Gvern                                                                                             5 ta’ Frar 2010


 

  UNION HADDIEMA MAGHQUDIN (Malta Workers' Union) - "Dar Reggie Miller" - St. Thomas Street - Floriana, FRN 1123 - Malta
tel +356 21220847 - +356 21234801 - +356 21236484 fax +356 21246091 email info@uhm.org.mt
 
designed by icon