Press Release
| Date |
26 February, 2010 |
|
|
|
Il-UHM tilmenta mal-MPO u l-Finanzi dwar is-salarju ta’ skala 18 ghat-tieni darba |
It-Taqsima Haddiema mal-Gvern tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM) qed kontinwament tilmenta mal-Management & Personnel Office (MPO) gewwa l-Ufficcju tal-Prim Ministru minhabba l-fatt li s-salarju ta’ haddiema fi skala 18 ma’ nghatawx l-gholi tal-hajja li gie moghti fil-Bagit ghal din is-sena. Fil-fatt ghadu kif inhareg it-tieni salarju tal-haddiema mal-Gvern ghas-sena 2010 u l-haddiema fi skala 18 regghu ma hadux l-gholi tal-hajja kollu. Id-diferenza moghtija fis-salarju bejn is-sena 2009 u s-sena 2010 ghall-haddiema fi skala 18 kienet ta’ €5.05 meta l-gholi tal-hajja ghal din is-sena kien ta’ €5.82. Gimghat ilu l-UHM diga` ghamlet diversi sottomissjonijiet mal-MPO sabiex dan l-izball jigi rrangat immedjatament. Minkejja dan, jidher li dwar dan il-kaz ma ttehdietx azzjoni min-naha tal-Gvern u l-izball rega’ rrepeta ruhu. Il-UHM baqghet u se tibqa` ssegwi dan il-kaz mill-qrib, tant li llum regghet kitbet kemm lill-Management & Personnel Office, kif ukoll lill-Ministru tal-Finanzi sabiex din l-affari tigi rrangatha mill-aktar fis. Mario Sacco Segretarju Taqsima Haddiema mal-Gvern 25 ta’ Frar 2010 www.uhm.org.mt
|
|