Press Release
| Date |
04 March, 2010 |
|
|
|
Aktar haddiema mis-Servizz Civili jissiehbu fil-UHM |
Fl-ahhar gimghat, il-Union Haddiema Maghqudin (UHM) kompliet izzid il-membri taghha b’numru sostanzjali ta’ haddiema mis-Servizz Civil. Dawn il-haddiema wara li avvicinaw lill-Union Haddiema Maghqudin (UHM) u ltaqghu mas-Segretarju tat-Taqsima rispettiv taghhom, bdew jiddiskutu temi ta’ mportanza rigward il-kundizzjonjiet partikolari tax-xoghol taghhom. Wara dawn il-laqghat, il-haddiema hassew il-bzonn li jkomplu jsahhu r-relazzjoni taghhom mal-Union u fil-granet li gejjin il-Union Haddiema Maghqudin ser tikkomunika mal-MPO (Management and Personnel Office) gewwa l-Ufficcju tal-Prim Ministru biex taghmel rapprezentazzjonijiet f’isem dawn il-haddiema li jahdmu fis-sezzjoni tas-salarji bbazata gewwa Ghawdex. Il-Union qed twieghed li taghmel dak kollu possibbli sabiex tiddefendi d-drittijiet ta’ dawn il-haddiema b’serjeta` u ntegrita`kbira. Edwin Balzan Segretarju Taqsima Haddiema mal-Gvern 4 ta’ Marzu 2010 www.uhm.org.mt
|
|