Fl-ahhar jiem it-Taqsima Manifattura, IT u Settur Privat tal-Union Haddiema Maghqudin iffirmat ftehim kollettiv gdid ghal-haddiema klerikali tal-kumpanija Andrews Feeds.
Dan il-ftehim ikopri perjodu ta’ erbgha (4) snin u jipprovdi ghal-numru ta’ beneficcji fejn fost l-ohrajn il-haddiema ser igawdu minn titjieb generali fil-kundizzjonijiet tax-xoghol fosthom zieda fil-pagi.
Ma’ l-iffirmar tal-Ftehim, il-Kumpanija u l-Union esprimew il-fehma li dan il-ftehim ghandu jkompli jsahhah ir-relazzjonijiet tajba ezistenti bejn il-Management u l-haddiema kollha rraprezentati mill-UHM, fl-ahjar interess ta’ kullhadd.
Is-Sur Peter Gatt, General Manager u Is-Sur Alfred Mallia Milanes, Kunsulent tal-kumpanija rispetivament iffirmaw ghal Andrews Feeds, filwaqt li Nicholas Baldacchino Segretarju tat-Taqsima u Emmanuel Zammit, shop steward iffirmaw f’isem il-haddiema.
Grazzi ghal-hidma li qed issir minn naha tat-Taqsima sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-haddiema membri fi hdan u t-titjieb generali fil-postijiet tax-xoghol minkejja problem ekonomici evidenti, fl-ahhar jiem issiehbu l-maggoranza tal-haddiema li jahdmu mal-Koperattiva MTC (Motor Towing Co-operative).
Wara li t-Taqsima ghamlet laqgha ghal-haddiema, fejn dawn spjegaw numru ta’ punti li huma jinstabu mhassbin dwarhom, gie deciz li jissiehbu fil-Union Haddiema Maghqudin fejn gew organizzati fit-Taqsima Manifattura, IT u Settur Privat.
Fil-jiem li gejjien, it-Taqsima sejra tkun qed tiltaqa mad-diretturi tal-MTC sabiex tibda tibni relazzjonijiet industrijali tajba wara li kitbet lill-koperattiva fejn tablet l-gharfien ewlieni.
Nicholas Baldacchino 8 ta’ Marzu 2010
Segretarju, Taqsima Manifattura, IT u Settur Privat
Union Haddiema Maghqudin
www.uhm.org.mt