05 September, 2010
22:04Help     
View Shopping Cart Items in cart
   Become a Member go   Join Our Mailing List go   
  
     uhm menu bulletHome
uhm malta menu
     uhm menu bullet
About UHM
uhm malta menu
     uhm menu bullet
UHM Sections
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Committees and Branches
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Membership
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Publications
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Gallery
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Kids Corner
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Events
uhm malta menu
     uhm menu bulletFAQ
uhm malta menu
     uhm menu bulletLinks
uhm malta menu
     uhm menu bulletContact Us
uhm malta menu
     uhm menu bulletProduct Catalogue
uhm malta menu
     uhm menu bulletDonations
uhm malta menu
     uhm menu bulletVacancies
uhm malta menu

Press Release


Date 08 July, 2010
 
L-azzjonijiet industrijali fit-Tax Compliance Unit (TCU) jidhlu fis-seba’ gimgha taghhom

It-Taqsima Haddiema mal-Gvern tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM) bdiet bl-azzjonijiet industrijali fis-17 ta’ Mejju 2010 mal-haddiema li jaqghu taht it-Tax Compliance Unit (TCU) wara li l-amministrazzjoni naqset li tibghat kontro-proposti dwar ir-revizjoni tal-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom.   L-ewwel direttiva li dahlet fis-sehh kienet sabiex il-haddiema ma jaghmlux uzu mit-telefon.  Il-UHM harxet id-direttivi taghha fit-tieni gimgha billi ordnat lill-haddiema tat-TCU sabiex ma jaghmlux uzu mill-emails u li jissettjaw l-email sabiex kull minn jibghatilhom email jircievi messagg awtomatiku bil-kliem: “Kindly excuse any inconvenience caused but we are unable to communicate with you by telephone and/or email as per UHM directives”.

Fil-11 ta’ Gunju 2010, il-UHM intalbghet tattendi ghal-laqgha mal-Joint Negotiation Team (JNT) ghan-naha tal-Gvern fejn f’liema laqgha sar qbil bejn iz-zewg partijiet li l-UHM ma teskalax l-azzjonijiet industrijali fid-dawl li l-JNT ikkonferma li sat-22 ta’ Gunju tinghata l-kontro-proposta bil-miktub.  Izda minkejja dan, xorta wahda il-kontro-porposti ma ntbghatux u kien ghalhekk li l-UHM b’effett mit-28 ta’ Gunju 2010 harrxet l-azzjonijiet taghha billi din id-darba ma ssir ebda tip ta’ komunikazzjoni l-anqas bil-posta tradizzjonali u li ma’ jsirux appuntamenti godda mat-tax payers.


Intant, minkejja li issa l-azzjonijiet industrijali dahlu fis-seba’ gimgha taghhom, l-amministrazzjoni u l-JNT naqsu milli jissottomettu kontro-proposti u/jew li jsejjhu laqgha sabiex jitkomplew id-diskussjonijiet u n-negozjati mehtiega.  Dan id-dewmien esagerat mhux accettabbli ghall-UHM.  Kien ghalhekk li wara diskussjoni mar-rapprezentanti tal-haddiema, illum sar komunikat mal-JNT biex wiehed jara x’qed izomm milli jaslu dawn il-kontro-proposti u ghal darb’ohra l-ebda risposta konkreta. Jidher car li minkejja li dawn l-ufficjali huma mahtura biex jinnegozjaw, finalment xorta wahda jridu joqghodu jirreferu lil terzi persuni u jistennew minn ghandhom.

Kien hawn hekk li l-UHM ghal darb’ohra se jkollha tharrax l-azzjonijiet taghha tant li kkomunikat li jekk ma jkollhiex risposta sa nhar il-Gimgha 9 ta’ Lulju, 2010, b’effett mit-Tnejn 11 ta’ Lulju il-haddiema se jinghataw direttivi godda sabiex il-haddiema ma jissottomettu ebda rapport li jkunu lestew.

Il-UHM hija konxja li b’dawn l-azzjonijiet industrijali jistghu jinholqu certa inkonvenjenti izda mill-banda l-ohra jidher li qisu l-amministrazzjoni hija kuntenta li thalli dan l-inkonvenjent ikarkar ghal seba’ gimghat shah u anke aktar bil-konsegwenzi kollha inkluz dawk li ma jingabrux il-fondi dovuti lejn pajjizna.


Mario Sacco
Segretarju
Taqsima Haddiema mal-Gvern                                                                                                  7 ta’ Lulju 2010


 

  UNION HADDIEMA MAGHQUDIN (Malta Workers' Union) - "Dar Reggie Miller" - St. Thomas Street - Floriana, FRN 1123 - Malta
tel +356 21220847 - +356 21234801 - +356 21236484 fax +356 21246091 email info@uhm.org.mt
 
designed by icon