07 September, 2010
09:25Help     
View Shopping Cart Items in cart
   Become a Member go   Join Our Mailing List go   
  
     uhm menu bulletHome
uhm malta menu
     uhm menu bullet
About UHM
uhm malta menu
     uhm menu bullet
UHM Sections
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Committees and Branches
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Membership
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Publications
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Gallery
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Kids Corner
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Events
uhm malta menu
     uhm menu bulletFAQ
uhm malta menu
     uhm menu bulletLinks
uhm malta menu
     uhm menu bulletContact Us
uhm malta menu
     uhm menu bulletProduct Catalogue
uhm malta menu
     uhm menu bulletDonations
uhm malta menu
     uhm menu bulletVacancies
uhm malta menu

Press Release


Date 13 July, 2010
 
2015 Vizjoni Socjali Ghalik


Matul l-istorja tiegħu l-poplu Malti wera l-ħila u r-rieda li jsawwar u jwettaq viżjoni li għamlitna wieħed mill-popli ż-żgħar li l-aktar irnexxew fid-dinja.  Ispirat minn din il-fiduċja li għandu fil-poplu Malti, il-Gvern għażel seba’ oqsma li fihom hu fiduċjuż li sa l-2015 il-poplu kapaċi jikseb l-ogħla kwalità possibbli u jiddistingwi ruħu minn ħaddieħor.
 

Is-servizzi finanzjarji:

Dan is-settur kiber b’rata mgħaġġla, fejn mijiet ta’ kumpaniji barranin irreġistraw f’Malta u nħolqu eluf ta’ impiegi.


It-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICT):

SmartCity hija simbolu ta’ fejn irid jasal il-Gvern f’dan il-qasam.  Proġett li se joħloq eluf ta’ impiegi, li l-maġġoranza tagħhom huma impiegi għall-Maltin kemm fis-settur tal-informatika, tal-media, kif ukoll fi snajja’ u ħiliet oħra.
 

It-turiżmu:

Sa l-2015, is-settur tat-turiżmu tagħna se jkollu sfidi ġodda quddiemu.  Sa dak iż-żmien, ikun hemm destinazzjonijiet ġodda, prodotti ġodda, operaturi ġodda u fornituri ġodda ta’ servizzi turistiċi.


Is-settur tal-manifattura u s-servizzi marbuta magħha:

Il-Gvern jemmen li l-ħaddiema tagħna huma kapaċi jidħlu għall-isfida biex jagħmlu minn Malta ċentru reġjonali tal-ogħla kwalità f’ċerti oqsma tal-industrija li joffru mhux biss aktar impiegi iżda wkoll impiegi aħjar, li jrendu pagi ogħla.
 

Is-saħħa:

Billi jkompli jibni fuq servizz tal-ogħla kwalità li jista’ jkollu kwalunkwe pajjiż  bis-saħħa tal-Isptar Mater Dei, il-Gvern qed joħloq il-bażi biex Malta ssir ċentru ta’ l-ogħla kwalità anke f’dan is-settur.
 

L-edukazzjoni u l-kultura:

Fuq il-bażi ta’ sistema edukattiva tassew inklussiva li qed tinbena għalina l-Maltin, nistgħu u għandna wkoll nibnu oqsma ta’ kwalità għolja, fejn nistgħu noffru spazji għat-tagħlim u għar-riċerka li jkunu fost l-aqwa għallinqas fir-reġjun tagħna.

Għawdex bħala Gżira Ekoloġika:

Għawdex huwa wkoll element essenzjali tal-Viżjoni 2015.  Il-Gvern jemmen li f’Għawdex b’riżorsi umani ta’ kwalità, b’ambjent naturali, pajsaġġ u wirt kulturali uniċi, destinazzjoni turistika distinta, komunità li toffri servizzi soċjali u mediċi mill-aqwa, soċjetà fejn il-persuna u l-kwalità tal-ħajja huma fiċ-ċentru ta’ kull żvilupp.
 

2015 Vizjoni Socjali Ghalik (2015 People’s Social Vision)
 

Il-UHM wara li hadet kont tal-Vizjoni 2015 li nieda l-Gvern temmen li biex dawn l-oggettivi jkunu jistghu jintlahqu jinhtieg li din il-vizjoni tkun imsejjsa fuq principji u valuri socjali gusti.  Il-UHM taghraf li l-ekonomija u t-tishih taghha huma strument importanti izda l-UHM tinsisti li kull decizjoni ekonomika jinhtieg li tittiehed biex taqdi u ssahhah id-dinjita’ tal-persuna mhux bil-maqlub.  

Il-UHM tinnota li l-Vizjoni 2015 li nieda il-Gvern hi mibnija madwar success ekonomiku u finanzjarju nieqsa mill-bzonnijiet socjali tal-persuni individwali u kollettivi li flimkien jaghmlu poplu u gens. Il-poplu Malti maghruf ghall-bzulija tieghu. Poplu madanakollu li jinhtieg li jimxi ‘l quddiem b’pass wiehed flimkien. Il-biza’ li jinholqu faxex differenti fis-socjeta’ hi wahda rejali hekk kif certi mudelli ekonomici mhaddma f’ekonomiji kbar ma jpoggux il-persuni fic-centru tad-decizjonijiet ekonomici.     

Ghax nemmnu li l-Vizjoni 2015 li nieda l-Gvern hi sajma minn vizjoni socjali l-UHM ser tidhol ghar-responsabilita` biex tara li l-gid miksub ikun wiehed imqassam b’mod gust u ekwu. L-eccellenza miksuba fl-oqsma li l-Gvern pogga sas-sena 2015 jinthieg li tikseb ukoll eccellenza f’oqsma li l-poplu jhoss u jmiss b’idejh kuljum b’esperjenzi fil-hajja tieghu.  Il-gid ekonomiku u finanzjarju jinthieg li jinfirex u jitqassam b’gustizzja.  Ma jistax ikun progress ekonomiku jekk id f’id ma jkunx hemm il-motivazzjoni u l-vizjoni socjali tal-poplu.  F’dan id-dawl il-UHM ser tkun il-vuci tan-nies fil-hwienet tax-xoghol, fil-pjazzez, fil-kazin, fid-djar fejn in-nies titkellem u taqsam il-fehmiet taghha dwar diversi temi.

Illum qed inniedu 2015 Vizjoni Socjali Ghalik (2015 People’s Social Vision) li ghandha tikkumplimenta l-Vizjoni 2015 li fassal il-Gvern.

Is-sitt punti li fuqhom il-UHM ser tkun qed tfassal il-politika socjali taghha huma 1) ir-rivoluzzjoni elettronika; 2) is-sahha; 3) il-familja; 4) l-edukazzjoni; 5) kwalita’ ta’ hajja ahjar ghal kulhadd; u 6) strutturi istituzzjonali u demokratici.

Huma dawn it-temi li l-UHM matul ix-xhur li gejjin ser tkun qed titratta permezz ta’ focus groups li ghandhom ilestu x-xoghol taghhom fil-hin biex fl-44 Anniversarju tal-UHM,  nhar 29 ta’ Settembru 2010 il-UHM trodd lura lis-socjeta’ l-hsibijiet taghha kif l-ahjar ikunu ndirizzati dawn l-oqsma.              

Wara dak il-process jibda iehor fejn il-pubbliku ser ikun mistieden biex jaghti l-fehmiet u l-hsibijiet tieghu dwar 2015 Vizjoni Socjali Ghalik.

Il-qafas ta’ dan l-impenn ser ikun il-poplu u ghalhekk ser ikun mistieden biex jaghti l-kummenti tieghu kemm f’laqghat li ser ikunu organizatti ghal dan il-ghan filwaqt li kummenti ohra jistghu jintbghatu wkoll fuq email address apposta – 2015psv@uhm.org.mt .
 

Dan ix-xoghol ser ikun ikkoordinat minn Fr. Peter Serracino Inglott.

1) Ir-Rivoluzzjoni Elettronika

Fid-dinja zviluppata qeghda ssehh it-tieni rivoluzzjoni ndustrijali, dik li kienet il- “magna” fl-ewwel wahda, huwa l-kompjuter fit-tieni. Dan ifisser li l-haddiema llum ma jistghux ikunu nies bla sengha u ta’ ftit skola li xogholhom hu kwazi biss li jhaddmu u jindukraw il-magni, imma nies imharga ghal mal-mezzi l-godda tal-produzzjoni.
  

2) Is-Sahha

Is-sahha hi wahda mill-pilastri biex is-socjeta’ tkun wahda b’sahhita. Filwaqt li llum l-Isptar Mater Dei qed jaqdi funzjoni mill-aktar importanti, oqsma tal-kura primarja u kura priventiva jinhtieg li jimxu fit-triq biex jitjieb il-kwalita’ ta’ servizz billi jittiehdu mizuri biex jizdiedu s-servizzi ghall-pubbliku.


3) Il-familja

Is-sostenn tal-familja tradizzjonali jinhtieg li tkun aktar fic-centru tal-politika socjali biex tibqa’ holqa importanti fis-socjeta’ taghna. Ghal dan il-ghan il-familji ghandhom jinghataw incentivi fiskali u materjali biex jigu meghluba l-bosta diffikultajiet li jhabtu wicchom maghhom il-familji.
 

4) L-edukazzjoni

Ma jistax ikun hawn zvilupp veru ta’ pajjizna minghajr ma tinghata mportanza ewlenija lill-edukazzjoni. L-edukazzjoni mhix mehtiega biss fi zmien obligatorja imma tul il-hajja kollha tal-bniedem. Li naghrfu li dan huwa importanti sar mehtieg illum aktar minn qatt qabel. Illum tant l-izvilupp tax-xjenza u tat-teknika fl-informattika sar imghaggel li hadd ma jista’ jibqa’ kuntent b’dak li tghallem fi tfulitu jekk irid li kulhadd jaqsam mill-gid generat mill-pajjiz.
 

5) Kwalita’ ta’ hajja ahjar ghal kulhadd

Biex il-gustizzja socjali ssaltan fil-pajjiz, mhux bizzejjed li jkun hawn ligijiet li jassiguraw jeddijiet lic-cittadin li jinhtiegu l-ghajnuna finanzjarja jew materjali biex jitnehhew l-izvantaggi li jbatu minnhom xi uhud minna ghal ragunijiet naturali izda l-ghajnuna li tinghata tkun imfassla skond il-bzonnijiet differenti ta’ kull persuna li tehtieg, b’mod li ma tohnoqx il-kwalitajiet u l-hiliet li bniedem ghandu minn iehor.
 

6) Strutturi istituzzjonali  u demokratici

Ma jkunx hawn demokrazija kompluta – igifieri l-poter ma jistax jinghad li huwa tassew f’idejn il-poplu – jekk anki min jirrapprezenta l-maggoranza tal-poplu jimponi r-rieda tieghu fuq kulhadd minghajr ma jaghti kaz tar-rieda tal-minoranzi zghar kemm huma zghar. L-istituzzjonijiet mahsuba biex jaghtu l-aqwa protezzjoni lic-cittadin jinhtieg li mhux biss jidhru li qed jahdmu izda effettivament ikunu ‘l boghod mill-kuriduri tal-poter.

 

Ufficcju Stampa
Union Haddiema Maghqudin
                                                                                                                                                 12 ta' Lulju 2010

 
www.uhm.org.mt


 

  UNION HADDIEMA MAGHQUDIN (Malta Workers' Union) - "Dar Reggie Miller" - St. Thomas Street - Floriana, FRN 1123 - Malta
tel +356 21220847 - +356 21234801 - +356 21236484 fax +356 21246091 email info@uhm.org.mt
 
designed by icon