07 September, 2010
09:55Help     
View Shopping Cart Items in cart
   Become a Member go   Join Our Mailing List go   
  
     uhm menu bulletHome
uhm malta menu
     uhm menu bullet
About UHM
uhm malta menu
     uhm menu bullet
UHM Sections
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Committees and Branches
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Membership
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Publications
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Gallery
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Kids Corner
uhm malta menu
     uhm menu bullet
Events
uhm malta menu
     uhm menu bulletFAQ
uhm malta menu
     uhm menu bulletLinks
uhm malta menu
     uhm menu bulletContact Us
uhm malta menu
     uhm menu bulletProduct Catalogue
uhm malta menu
     uhm menu bulletDonations
uhm malta menu
     uhm menu bulletVacancies
uhm malta menu

Press Release


Date 13 July, 2010
 
Il-UHM tigbed l-attenzjoni ta’ l-MPO dwar nuqqasijiet fis-Sahha u Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol

Ftit tal-gimghat ilu, il-Kumitat dwar Sahha u Sigurta’ tal-UHM ghamel survey fuq diversi postijiet tax-xoghol minn kull settur, kemm dawk tal-Privat, kemm parastatali kif ukoll Dipartimenti tal-Gvern.  Dan is-survey serva sabiex numru kbir ta’ Delegati taw il-feedback taghhom dwar numru ta’ mistoqsijiet rigward is-sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol.  F’dan is-survey irrizulta li haddiema fid-Dipartimenti tal-Gvern: 54% ma jafux min hu r-raprezentant mahtur; 33% ma jafux min huma l-First Aiders u 37% ma jafux fejn hi l-First Aid box; u 35% ma jafux x’ghandhom jaghmlu f’kaz ta’ emergenza.

Minn dan is-survey hareg car li il-figuri huma aktar negattivi meta mqabbla mas-settur ta’ Entitajiet Pubblici kif ukoll ma’ dawk tas-Settur Privat kif ukoll li hemm diversi nuqassijiet ta’ konformita’ mar-regolamenti dwar is-sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol.

It-Taqsima Haddiema mal-Gvern mal-ewwel hadet l-inizjattiva u kitbet lill-Management & Personnel Office (MPO)  fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru b’dawn ir-rizultati sabiex l-MPO jiehu hsieb li ssir kampanja ta’ nformazzjoni dwar sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol mal-haddiema kkoncernati kif ukoll jiehu hsieb li jindirizza numru ta’ nuqqasijiet.  Minkejja li ghaddew diversi gimghat s’issa ghad m’hemm ebda risposta minkejja li l-MPO hu obbligat b’direttivi mahruga mis-Segretarju Permanenti Ewlieni li suppost tinghata risposta fi zmien hames t’ijiem.

Il-UHM se tiehu hsieb li tkompli issegwi dan il-kaz ma’ l-MPO sabiex jibda’ jaghti kaz ta’ dawn ir-rizultati, Barra minn hekk il-UHM, permezz tat-Taqsima Haddiema mal-Gvern flimkien mal-Kumitat tas-Sahha u Sigurta’ tal-UHM, ha torganizza half day seminar ghar-rapprezentanti tal-haddiema fis-Servizz Pubbliku dwar Sahha u Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol.  Dan is-seminar ser isir nhar il-Hamis 15 ta’ Lulju 2010 gewwa l-UHM bejn 8:30 u 1:00pm. F’dan is-seminar hu mahsub li jigu analizati sewwa l-figuri mahruga minn dan is-survey kif ukoll isiru workshops li fihom jigi diskuss kif ghandhom jigu ndirrizati d-diversi nuqqasijiet li nstabu.


Mario Sacco
Segretarju
Taqsima Haddiema mal-Gvern                                                                                                    13 ta’ Lulju 2010


 

  UNION HADDIEMA MAGHQUDIN (Malta Workers' Union) - "Dar Reggie Miller" - St. Thomas Street - Floriana, FRN 1123 - Malta
tel +356 21220847 - +356 21234801 - +356 21236484 fax +356 21246091 email info@uhm.org.mt
 
designed by icon